Lokali
Il-Widnet il-Baħar irrakkmata mal-mant ta’ Meghan Markle

Għajnejn ħafna li segwew it-tieġ irjali kien fuq l-ilbiesi tal-mistednin u tal-protagonisti; ewlenin fosthom il-libsa tal-għarusa disinjata minn Clare Waight Keller.

Miljuni minn madwar id-dinja segwew kull pass li sar fiż-żwieġ irjali, bl-akbar attenzjoni tingħata lill-għarusa Meghan Markle. Dawk li jsegwu mill-qrib id-dinja tal-moda, jiflu sew il-libsa bajdanija, bl-ewwel titwila tkun żvelata malli l-għarusa tinżel mill-karozza u tibda miexja lejn il-knsija.

Dwar il-libsa ta’ Markle, TVM ħa l-opinjoni ta’ Victor Camilleri, importatur ta’ drappijiet fini.

L-Importatur ta’ drappijiet fini, Victor Camilleri qal ”id-drapp jidher li hu a heavy bonded silk cadie, allura għandek drape eċċezzjonali. U hi tajba ħafna għan-neck line li huwa boat neck u dik hi ħaġa klassika ħafna, with a three quarter sleeve u għandha linja sempliċi imma effettiva. Jidher ukoll f’dawn iċ-ċirkostanzi li anke l-aktar ħaġa sempliċi meta hi milbusa minn persuna b’dik il-personalità se tidher eċċezzjonali. M’hemmx għalfejn ikollok ħafna tiżjin.”

Is-Sur Camilleri sejjaħ bħala mossa għaqlija l-għażla ta’ Markle meta marret għand id-disinjatriċi Ingliża, Clare Waight Keller, li hija wkoll id-direttur artistiku tad-dar tal-moda Franċiża: Givenchy.

”Forsi Ginvenchy ma kinetx waħda minn dawn il-fashion houses li ssemmew mill-press fil-ġranet, kienet sorpriża. Jien naraha bħala soluzzjoni intelligenti għax l-ebda fashion house Ingliża ma setgħet tiġi mweġġa’ bid-deċiżjoni għax għazlet fashion house li mhux Ingliża bid-direttur Ingliża” qal Camilleri.

Partikulari fil-libsa ta’ Markle kien il-velu, twil 5 metri. Fih kien hemm rappreżentati fjuri indiġeni tal-pajjiżi kollha tal-Commonwealth. Għal Malta ntgħażlet Widnet il-Baħar. Din l-għażla saret wara li x-xahar l-ieħor, il-Prinċep Harry inħatar bħala l-ambaxxatur taż-żgħażagħ tal-Commonwealth. Ma’ dawn kien hemm il-fjuri favoriti ta’ Markle, Wintersweet li tinstab fil-Palazz Kensington u l-California Poppy, il-fjura ta’ art twelidha. Il-ħajjata ddedikaw mijiet ta’ sigħat fuq il-velu, u kien meħtieġ jaħslu jdejhom kull nofs siegħa.

Ta’ interess għal ħafna, l-ilbies tal-mistiedna għat-tieġ. Elisha Camilleri qalet li diversi nisa għażlu li jilbsu l-isfar, waqt li r-reġina marret għal-lewn ħadrani.

Elisha Camilleri qalet ”naturalment l-ewwel ħaġa rajna x’kienet liebsa r-reġina. Impressjonatna bl-għażla tal-kulur, marret avventuruża, neon green. Għoġobna ħafna. Rajna lil Camilla li marret fuq pale pink u impressjonatna bil-kappell. Imbagħad kellna kurżità fuq il-cast ta’ suits. Gina Torres li kellha lace dress u kellha flare fid-dublett.”

It-tiara kienet dik tar-Reġina Mary, li nħadmet fl-1932 meta hija żżewġet lil Prinċep George, id-Duka ta’ York. Il-parti ċentrali tagħha tikkonsisti f’10 djamanti brillanti li saru lejn l-aħħar tas-seklu 19. It-tiara sselfet lill-għarusa mir-Reġina Eliżabetta II.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar