Kultura
Il-wirt arkitettoniku Barokk f’Malta apprezzat u diskuss f’simposju

Simposju li se jitlaqqa’ jumjen oħra, organizzat mill-istitut internazzjonali dwar l-istudji tal-barokk fl-Università mal-Ħbieb tat-Teatru Manoel, se jiddiskuti l-wirt arkitettoniku barokk imprezzabbli li Malta wirtet minn żmien il-Kavallieri bi preludju għall-Festival Internazzjonali tal-Barokk li jibda l-Ġimgħa.

L-era Barokka f’Malta ħalliet legat storiku u rikk ta’ wieħed mill-iżjed perjodi kreattivi tal-kavallieri . . . fl-arkitettura, fil-mużika u fl-arti.

Id-direttur tal-istitut għall-istudji barokki fl-Università ta’ Malta, il-Professur Dennis De Lucca qal li l-wirt arkittetoniku Barokk ser ikun evalwat f’simposju waqt il-festival internazzjonali tal-barokk li jibda fil-jiem li ġejjin.

Huwa qal li l-barokk għandu l-għeruq tiegħu fis-seklu sbatax, b’eżempji arkitettetoniċi bħall-kostruzzjoni tal-akwadott ta’ Wignacourt. L-era barokka kompliet tiffjorixxi u laħqet il-qofol tagħha fis-seklu tmintax meta nbew strutturi Barokki bħall-Berġa ta’ Kastilja u t-Teatru Manoel fost ħafna eżempji oħra tal-Barokk li jżejnu l-Belt Valletta.

Il-Professur De Lucca qal li kien hemm ukoll assoċjazzjoni diretta bejn l-ispettakli kulturali tal-era barokka u d-divertiment tal-poplu.

Il-Professur Dennis De Lucca qal ”kien hemm okkażjonijiet meta bliet sħaħ kienu jagħmlu spettakli biex jiċċelebraw xi ħaġa, ċelebrazzjonijiet per eżempju t-twelid ta’ prinċpijiet, il-mewt ta’ xi ħadd importanti, kien hemm ħafna spettakli attwalment li kienu jsiru bħala celebrations ta’ events importanti li kienu jsiru fil-perjodu Barokk.”

Żied jgħid li s-sistema politika ewlenija li kienet tiddomina fi żmien il-barokk kienet marbuta mas-setgħa u l-poteri tal-membri tal-aristokrazija li kienu jużaw il-kultura bħala l-mezz kif jiddistingwu ruħhom mill-popolin.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar