Qorti
Ilaqqat 6 xhur ħabs fuq serq u abbuż tax-xorb

Żagħżugħ Libyan ta’ sbatax-il sena li ismu ma jistax jixxandar minħabba divjett mill-Qorti ntbagħat sitt xhur ħabs u kien ordnat li jagħmel il-programm tat-trattament għall-abbuż mill-alkoħol wara li nstab ħati li kkommetta għadd ta’ serqiet.

Il-Qorti semgħat kif iż-żagħżugħ intlemaħ jaġixxi b’mod suspettuż b’għadd ta’ dokumenti personali li ma kienux qed jaqblu. Meta ttieħed l-għassa tal-Pulizija rriżulta li kien l-istess persuna li l-Pulizija kienet qed tfittex għall-żewġ każi separati ta’ serq.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li ż-żagħżugħ għandu jingħata ċ-ċans biex jibda t-triq it-tajba u mhux jibqa’ Malta biex joqgħod jisker u jisraq la ma riedx jew ma setgħax imur lura l-Libya.

Qal li kien għalhekk li se jtih sentenza ta’ sitt xhur priġunerija biex waqt li jkun il-ħabs iwettaq programm imfassal mas-servizzi tal-probation għall-kura biex joħroġ miċ-ċirku vizzjuż tal-abbużi.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar