Annimali
Ilaqqat multa ta’ €25,000 u sentenza sospiża wara li nstab ħati li ħaqar bosta annimali

David Pace ingħata sentenza sospiża flimkien ma’ multa ta’ €25,000 mill-Maġistrrat Donatella Frendo Dimech wara li nstab ħati ta’ trattament ħażin tal-annimali u li rreżista lill-uffiċjali pubbliċi meta f’Dicembru tal-2017 marru biex iwettqu dmirhom fir-razzett li kellu fil-Bizbizija.

Hemmhekk kienu nstabu ħmistax-il żiemel niexfa għuda fi stallel mimlija ħmieġ u ċorma klieb mimlija ġrieħi u f’kundizzjoni ħażina. Huwa kien akkużat ukoll li kellu diversi annimali oħra miżmuma illegalment.

Ara wkoll:

ARA: Irreżistew l-arrest waqt operazzjoni ta’ żgumbrar minn razzett illegali b’123 annimal

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Reliġjon

Il-knejjes baqgħu bil-bibien magħluqa u l-bankijiet vojta. Għall-Ġimgħa l-Kbira din hi xena li qatt ħadd ma esperjenza, lanqas fil-gwerra! Diversi parroċċi xandru fuq il-midja soċjali mumenti ta’ talb quddiem l-altar…

Avjazzjoni

L-assoċjazzjoni Maltija tal-avjazzjoni kummerċjali (MBAA) qed titlob kjarifiki mingħand il-gvern b’rabta mal-għajnuna finanzjarja li ġiet imħabbra. Fi stqarrija l-MBAA qalet li l-avjazzjoni kummerċjali hija l-ikbar settur tal-avjazzjoni u tikkontribwixxi iktar…

Aktar