Qorti
Ilaqqat sena u nofs ħabs fuq sewqan perikoluż u traskurat

Marius Camilleri ta’ 57 sena minn Ħal Qormi, laqqat sena u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li saq b’mod perikoluż u traskurat.

Il-każ imur lura għal Jannar tal-2018 meta Camilleri nqabad b’filmat isuq trakk b’mod perikoluż fi triq ewlenija.

Il-Qorti qalet li ma setgħetx ma tagħtix każ il-fatt li Camilleri mhux l-ewwel darba li xellef difrejh mal-liġi speċjalment dawk tat-toroq u s-sewqan.

Camilleri nstab ħati li saq trakk mingħajr liċenzja, li saq b’mod perikoluż, li qabeż il-limitu tal-veloċità u li ta dettalji foloz lill-pulizija.

L-imputat ġie pprojbit milli jerġa’ jsuq għal sentejn wara li jiskonta s-sentenza mogħtija.

Camilleri huwa magħruf mal-pulizija u għandu żewġ każijiet ta’ ħabs sospiżi.

Ara wkoll:

Mhux se jsuq vettura oħra x-xufier li kien isuq it-trakk b’mod perikoluż

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Kronaka

Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġie milqut minn vettura lbieraħ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post…

Aktar