Qorti
Ilaqqat sentenza sospiża wara li ammetta li qassam pornografija ta’ minuri

Kevin Mifsud ta’ 44 sena mis-Siġġiewi ġie kkundannat sentenza sospiża u jrid jagħmel psikoterapija wara li ammetta li kien jaf li għandu u qassam materjal pornografiku ta’ minuri.

L-Ispetturi Joseph Busuttil u Paula Ciantar qalu li l-materjal niżżlu minn siti pornografiċi fuq l-internet u l-minuri li jidhru fihom mhumiex Maltin.

L-avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri qalu li Mifsud għandu kundizzjoni personali serja li jeħtieġ li jingħata kura għaliha.

Il-Prosekuzzjoni kkonfermat li l-akkużat esprima l-bżonn li jegħleb id-dipendenza li għandu.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, ordnatu jagħmel psikoterapija u kura oħra meħtieġa għall-kundizzjoni li għandu kif ukoll li jinqered il-materjal pornografiku kollu kkonfiskat mill-pulizija.