Barranin
“Ilbsu l-maskra anki jekk tlaqqamtu kontra l-Covid-19” – Fauci lill-Amerikani

L-ogħla espert tas-saħħa Amerikan, Anthony Fauci wissa li l-Istati Uniti sejrin fid-direzzjoni l-ħażina fil-pandemija tal-Coronavirus peress li l-infezzjonijiet qed jiżdiedu fost dawk li ma ħadux it-tilqima.

Dr Fauci qal li l-varjant Delta tal-Covid-19 qed jgħolli r-rati tal-infezzjoni f’żoni fejn hemm rati baxxi ta’ tilqim. Huwa qal li l-uffiċjali tas-saħħa qed jikkunsidraw li jirrevedu l-linji gwida dwar l-ilbies tal-maskra fost l-Amerikani mlaqqma biex inaqqsu l-każijiet. Żied, li qed tiġi kkunsidrata wkoll il-booster tat-tilqima għall-persuni vulnerabbli.

Skont statistika uffiċjali, 49% tal-popolazzjoni fl-Istati Uniti hija mlaqqma għalkollox.