Elezzjoni
Illejla: Dibattitu tal-aħħar bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni

Ġurnata biss qabel tieqaf il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, iltaqgħu wiċċ imb wiċċ għat-tieni u l-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali.

Id-dibattitu ġie organizzat mill-Awtorità tax-Xandir li bih, kif hija d-drawwa, tintemm is-sensiela ta’ xandiriet tal-kampanja elettorali. Fid-dibattitu spikka sens ta’ diskussjoni politika ċivili mingħajr interruzzjonijiet min-naħa jew oħra, biż-żewg mexxejja jesponu l-argumenti tagħhom u jirribattu lil xulxin fejn ħassew il-ħtieġa.

Id-dibattitu li ġie rekordjat kmieni waranofsinhar fl-istudios tal-PBS ha siegħa li tmexxa mill-ġurnalist tal-PBS Mario Xuereb li għamel mistoqsijiet liż-żewġ mexxejja fuq bosta temi tal-kampanja elettorali. Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt fid-disgħa neqsin għaxar minuti.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar