Televiżjoni u Radju
Ilejla: Segwi l-fażi finali tal-X Factor Malta fuq TVM

Tibda llejla l-fażi finali tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta ġewwa ċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali .

Kollox jinsab lest biex fid-disgħa neqsin għaxra, TVM jxandar l-ewwel live show bis-sehem tat-tnax-il finalist li waslu s’hawn wara li għelbu l-istadji kollha tal-kompetizzjoni li fiha ħadu sehem mijiet ta’ kantanti aspiranti.

Tista’ ssegwi l-programm live fuq https://www.tvm.com.mt/mt/live/