Lokali
Ilhom 61 sena jużaw art tal-Gvern fis-Siġġiewi bħala barriera bla permess

Il-Qorti tat lura lill-Awtorità tal-Artijiet biċċa art fis-Siġġiewi li kienet ilha 61 sena tintuża ħażin. L-art kienet ingħatat b’ċens ta’ 150 sena biex tintuża bħala art agrikola, iżda minflok din kienet ġiet mibdula f’barriera.

Iċ-ċensiment kien sar fl-1933, meta l-Gvern ta l-art agrikola magħrufa bħala Tal-Ġibjun lil Alfredo Camilleri. Kien fl-1957 li l-Gvern ippreżenta l-ewwel ittra uffiċjali fil-Qorti, li fiha akkuża lil Camilleri li kien qed juża l-art bħala barriera minflok bħala raba, kif stipulat fiċ-ċens. Minkejja li Camilleri ngħata tmint ijiem biex jibgħat tweġiba bil-miktub, din jidher li qatt ma seħħ.

Fl-1977 l-art għaddiet għand in-neputijiet ta’ Camilleri, u sena wara l-Gvern reġa’ ppreżenta ittra fil-Qorti fejn qal li l-art kienet għadha tintuża bħala barrierra, u talab lill-aħwa Camilleri biex jersqu ‘l quddiem għax-xoljiment tal-kuntratt. Dan iżda reġa’ ma seħħx.

Fl-1992 l-aħwa Camilleri biegħu l-art lill-kumpanija F & A Quarries, li min-naħa tagħha 3 snin wara reġgħet biegħet l-art lil Falzon & Schembri Ltd, li llum iġġib l-isem Polidano & Schembri Quarries. Fl-1997 il-Gvern irrifjuta li jirrikonoxxi l-pussess tal-art minn din il-kumpanija, u reġa’ talab lill-aħwa Camilleri biex ixolju l-kuntratt u jħallsu għad-danni.

Għal darb’ oħra iżda ma seħħ xejn minn dan, u fl-2011 l-Awtorità tal-Artijiet ressqet rikors quddiem il-Qorti biex tieħu l-art lura.

L-aħwa Camilleri ammettew li kienu rċevew l-ittri tal-awtorità dwar l-użu ħażin tal-art, iżda sostnew li ġaladarba l-awtorità baqgħet taċċetta l-ħlas taċ-ċens, dan kien ifisser li kienet qed taċċetta wkoll il-mod kif kienet qed tintuża l-art.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, ma qablitx ma’ dan l-argument, u qalet li f’dan id-dipartiment hemm ħafna nies jaħdmu f’diversi taqsimiet, u l-fatt li t-taqsima inkarigata mill-ġbir taċ-ċnus tkun talbet u rċeviet pagament ma jfissirx li l-Kummissarju tal-Artijiet jkun ta l-kunsens għall-użu tal-art bħala barriera.

Il-Qorti għalhekk laqgħet it-talba tal-awtorità u ordnat li jiġi xolt iċ-ċensiment, kif ukoll biex il-kumpanija li qed tuża l-art tiżgombra mill-post sal-10 ta’ Diċembru li ġej. It-talba għall-ħlas tad-danni, iżda, ma ntlaqgħetx peress li ġiet preskritta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar