Ilio u Yalta – għajnuna u wens lill-persuni b’diżabilità

Jgħidu li l-kelb huwa l-akbar ħabib tal-bniedem. Fil-każ ta’ Ilio u Yalta, li huma żewġt iklieb li nġiebu Malta minn Franza, biex wara taħriġ speċjalizzat ikunu mhux biss ta’ wens iżda ta’ għajnuna fil-ħajja ta’ kuljum ta’ persuni b’diżabilta biex jgħixu ħajja aktar indipendenti.

Ilio u Ialta m’mhumiex biss pets. Inġiebu minn Franza wara proċess ta’ għażla biex ikunu mħarrġa għal għan speċifiku. Iż-żewġt iklieb se jmorru Sqallija biex jibdew it-taħriġ tagħhom biex ikunu kapaċi jipprovdu l-għajnuna lil persuni b’diżabbilitajiet fiżiċi u mentali.

Il-klieb inġiebu Malta mis-Service Dogs Malta Foundation li se tkopri l-ispejjeż għat-taħriġ tagħhom li jilhqu mal-€15,000. Meta itemmu t-taħriġ speċjalizzat, il-klieb se jkunu mqabbla skont it-temperament u l-karattru tagħhom mal-persuni li jistgħu ikunu tal-akbar benefiċċju għalihom.

Biex jagħti bidu għall-proċess nġiebu Malta Alan Kordowski u Becky McClintock li huma veterani f’din il-linja ta’ speċjalizzazzjoni u qed iħarrġu l-ewwel tliet Maltin biex ikunu jistgħu iwettqu l-istess proċess.

“The big thing is the temperament of the dogs. We have to ensure that dogs are calm and relaxed and that they are willing to take directions. You spend time building a relationship to build trust,” qal Alan Kordowski.

Bħalissa hawn tliet klieb oħra f’Malta li qed jitħarrġu għall-istess għan: Barley, Harley u Hope. Alan jispjega li l-proċess huwa wieħed li jirrikjedi l-ħin, l-paċenzja u l-preċiżjoni.

“Theoretically about a year and a half to two years, but it depends. It depends on the learning of the dog, the dogs are like us, they learn at different paces, some learn a lot quickly, some learn a little bit slower but its up to the trainer to help that dog start to learn that process,” qal Alan Kordowski.

Il-Fondazzjoni Service Dogs Malta taħdem kontinwament biex tassigura li kull min jenħtieġ is-servizzi ta’ klieb bħal dawn ikun jista’ jibbenefika minnhom mingħajr ħlas.