
Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata.
L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien jgħasses dan l-iljun, li għandu sentejn, kienet tinsab faċċata ta’ skola. Fil-fatt, it-Tnejn li għadda dawn raqqdu lill-iljun permezz ta’ ‘dart gun’ sakemm trasferewh lejn zoo tal-annimali.
Is-sid tal-iljun intalab jirrapporta lilu nnifsu lill-Pulizija, jew inkella jkun arrestat.
Ġie spjegat kif fl-iskola ta’ faċċata jattendu tfal żgħar, bit-tmexxija tal-iskola kienet infurmata bil-preżenza tal-iljun, u kienet ikkonċernata mis-sigurtà tat-tfal tagħha.
Jidher li l-iljun kien ilu madwar xahrejn jgħasses din id-dar.
Il-Konservattivi rebħu l-elezzjoni fir-Renju Unit b’maġġoranza komda. Il-kap Boris Johnson qal li sakemm ma jiġrix xi ħaġa stramba ħafna, ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea x-xahar id-dieħel. Il-Konservattivi ħadu numru…
Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…
Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti…
Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….