Lokali
Illejla jissokta ‘X Factor Malta’ bl-ewwel Live Show

Wara ħafna stennija, illejla jissokta ‘X Factor Malta’ bl-ewwel Live Show minn ħamsa. Appuntament, tant maħbub u mistenni minn bosta dilettanti tal-mużika madwar il-gżejjer Maltin.

L-ispettaklu se jkun qed jixxandar b’mod dirett fuq Television Malta, eżatt wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm.

B’kollox, tnax-il parteċipant għamilha għall-aħħar fażi tal-programm, min waħdu, min f’duo, u min fi grupp.

Il-finalisti huma Destiny, Jasmine, Justine (Girls), Celine, Paul Anthony,  (Overs), Kyle, Karl Schembri, Dav. Jr (Boys), Bloodline, Yazmin & James u F.A.I.T.H (Groups).

Wara vjaġġ twil mimli tlajja’ u nżul, u li beda madwar Ottubru bl-Auditions, imbagħad issokta bil-Bootcamp, is-Six-Chair Challenge, u kompla bil-Judges’ Houses, il-kantanti jinsabu mimlija ħeġġa u entużjażmu biex juru x’isarrfu. Lesti, biex għat-tieni sena konsekuttiva jinqata’ l-biljett ta’ min ser jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Rotterdam, l-Olanda, f’Mejju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar