Televiżjoni u Radju
Illejla l-ewwel semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’ – il-pubbliku jħoll u jorbot

L-ewwel semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’ tinsab ftit sigħat biss ‘il bogħod. Serata, li x’aktarx bosta qed jistennewha b’ħerqa liema bħalha anki jekk frott iċ-ċirkostanzi l-bibien tal-MFCC ġewwa Ta’ Qali baqgħu magħluqin għall-pubbliku. F’dan l-isfond, fl-aħħar sigħat l-organizzaturi ta’ ‘Malta’s Got Talent’ ħolqu screen imdaqqas wara l-ġurija b’tali mod li s-semifinalisti tax-xow ikollhom is-sostenn tal-pubbliku xorta waħda.

Illejla, il-pubbliku jħoll u jorbot permezz tat-televoting. Wieħed jista’ jivvota sa tliet darbiet għall-istess semifinalist. In-numri tat-televoting huma dawn:

50614401 għal Southville

50614402 għal Geneve Dimech

50614403 għal Matthias Camilleri

50614404 għal Sy and Ezaya

50614405 għal Chris Tanti

50614406 għal Christian Alakkad

50614407 għal Izzy

50614408 għal Joseph Mangion

50614409 għal Bruce Micallef Eynaud

50614410 għal Ike and Kaya

‘Malta’s Got Talent’ jixxandar illejla, fid-8.50pm fuq TVM.