Eurovision
Illejla: Malta fost 18-il pajjiż li qed jissieltu għal post fil-finali tal-Eurovision

Illum se tidħol fix-xena Michela bil-kanzunetta Chameleon hekk kif se ssir it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest 2019.  Jekk taf b’xi familjari jew ħbieb li jgħixu f’xi wieħed minn dawn l-20 pajjiż Michela għandha bżonn l-għajnuna tiegħek illejla.

Dan għax għat-tieni semifinali se jkunu qed jivvutaw l-Armenja, l-Irlanda, il-Moldova, l-Isvizzera, il-Latvja, ir-Rumanija, id-Danimarka, l-Isvezja, l-Awstrija, il-Kroazja, il-Litwanja, ir-Russja, l-Albanija, in-Norveġja, l-Olanda, it-Tramuntana tal-Maċedonja, l-Ażerbajġan, l-Italja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

Residenti f’dawn il-pajjiżi se jkunu jistgħu jivvutaw għax illejla se jieħdu sehem fit-tieni semifinali dawn il-pajjiżi, kif ukoll se jagħtu wirja 3 pajjiżi msejħa kbar li jgħaddu awtomatikament għall-finali.

Għaldaqstant, kull min jgħix jew bħalissa msiefer f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi u huwa abbonat ma’ xi operatur minn dawn il-pajjiżi jkun jista’ jivvota fuq dawn in-numri li hawn f’dawn ir-ritratti.

Is-semifinali tal-lejla tibda fid-9pm u Michela se tkun il-11-il waħda li se tkanta fuq il-palk tal-Expo ta’ Tel Aviv.  Ilbieraħ hija kienet impenjata f’wirja quddiem il-ġurija internazzjonali li jiddeterminaw 50% tar-riżultat tal-lejla.  Il-50% l-oħra jiġu deċiżi mit-televoting.

Infatti, il-Maltin li jgħixu Malta jistgħu jivvutaw għall-kantanti tas-17-il pajjiż l-ieħor li se jkunu qed jieħdu sehem illejla li huma l-Armenja, l-Irlanda, il-Moldova, l-Isvizzera, il-Latvja, ir-Rumanija, id-Danimarka, l-Isvezja, l-Awstrija, il-Kroazja, il-Litwanja, ir-Russja, l-Albanija, in-Norveġja, l-Olanda, il-Maċedonja u l-Ażerbajġan.

Mit-18-il pajjiż parteċipant tal-lejla jridu jgħaddu 10 għall-finali, li jingħaqdu mal-10 semifinalisti li għaddew it-Tlieta, il-5 pajjiżi msejħa kbar (l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u Spanja), kif ukoll il-pajjiż ospitant Iżrael.

It-trażmissjoni llejla tibda fid-9pm u se tixxandar dirett fuq TVM u tvm.com.mt.

Ara wkoll:

ARA: Michela titkellem qabel il-prestazzjoni tagħha tal-lejla

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar