Lokali
AĠĠORNAT 3: Il-PM jgħid li jrid jinżamm il-livell għoli fil-proġetti tat-toroq bħalma ġara fil-Kappara
Inawgurat uffiċjalment mill-Prim Ministru Joseph Muscat il-proġett tal-Junction tal-Kappara.  Ix-xogħol sar f’sentejn b’investiment ta’ aktar minn €23 miljun.
Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett sar fiż-żmien stabbilit, b’differenza minn proġetti ta’ toroq li kienu jdumu xhur u snin biex jitlestew. Qal li permezz tal-proġett tal-Kappara ġie stabbilit livell għoli, li qal irid jinżamm.
Dr Muscat semma li l-gvern se jżomm mal-wegħda li jitranġaw it-toroq kollha ta’ Malta f’seba snin, biex il-pajjiż jaġġorna l-infrastruttura mal-iżvilupp li qed iseħħ fis-soċjetà. Żied jgħid li għalxejn jinżammu mudelli tal-passat u għalhekk se tinħoloq aġenzija ffukata fuq it-toroq li se jkollha l-għan li żżomm livell għoli fl-ippjanar u l-immaniġjar tal-proġetti fit-tul.
Il-Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li l-proġett tal-Kappara wassal għal aktar effiċjenza u inqas emmissjonijiet. Żied jgħid li ekonomisti qed jistmaw li se jiġu ffrankati €3.5 miljun fi stennija fit-traffiku u aktar minn €1 miljun ieħor fi tnaqqis ta’ inċidenti.   Qal li ma dawn se jkunu frankati ukoll mal-100,000 litru ta’ fuel minħabba t-tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku.
Il-Ministru Borg spjega li l-Erbgħa ġie iffirmat it-tieni tender tal-proġett tal-Marsa. Dr Borg qal li b’hekk malli titlesta l-ewwel fażi li inbdiet xahrejn qabel ma kien ippjanat, il-ħidma se tissokta minnufih bit-tieni fażi.
Mistoqsi dwar il-ħidma li għaddejja dwar Mass Rapid Transport System li semma fil-Parlament, Dr Borg qal li bħalissa għaddej studju minn kumpanija internazzjonali. Waqt li qal li it-tħejjijiet għadhom fi stadji interni, hemm żewġ rapporti li m’huma jeskludu l-ebda sistema ta’ trasport.

Kif sar il-proġett?

Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f’April 2016 u baqa’ għaddej lejl u nhar biex jitlesta kemm jista’ jkun malajr.

Il-pont fuq medda ta’ 200 metru sar biex il-vetturi jgħaddu dritt min-naħa għall-oħra ta’ Triq Reġjonali, filwaqt li r-roundabout tintuża għal min irid jaqleb minn triq għall-oħra; minn San Ġwann għall-Gżira u minn Triq Reġjonali għall-Gżira jew San Ġwann.

Il-mira kienet li b’dan il-proġett it-traffiku li kien jinġema’ fiż-żona tar-roundabout jonqos b’50%.

Ara wkoll:

ARA: Pass pass kif sar il-proġett tal-Kappara

Aħbarijiet Oħra
Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Aktar