Lokali
Illejla tirritorna ‘Nostalġija’ – drama msawra madwar karattri li jgħixu fi tlett irħula differenti

Wara l-bulettin, fuq TVM tirritorna d-drama Nostalġija, li hija msawra madwar karattri li jgħixu fi tlett irħula differenti – Ħal Kbir, Ħal Waħdu u Ħal Ħieles.

Ħal Kbir huwa villaġġ tipiku Malti li fih niltaqgħu mal-problemi u l-avventuri ta’ kuljum. Ħal Waħdu huwa raħal iżgħar li jagħmel ma’ Ħal Kbir u fih jispikka l-karattru tar-raħħala li fis-sempliċità tagħhom joħolqu tbissima lit-telespettaturi; filwaqt li Ħal Ħieles jikkonsisti biss fi ftit griebeġ, b’residenti li minn jeddhom, għażlu li joqogħdu ‘l bogħod mill-progress.