Mużika
Illejla u għada l-BBC Orchestra u Liam Gallagher b’kunċerti kbar fuq il-Fosos

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika ppreżentat mill-attur Charles Dance mis-serje popolari The Game of Thrones.

Mistennija tkun serata indimentikabbli ta’ mużika klassika fuq il-Fosos tal-Floriana, il-kunċert tal-Erbgħa filgħaxija mill-BBC Concert Orchestra. L-orkestra ilha mwaqqfa sittin sena u hi ffurmata minn sebgħin mużiċist.

Kull nhar ta’ Ġimgħa, l-istazzjon BBC Radio 2 ixxandar kunċert tal-orkestra bl-isem ‘Friday Night is Music Night’. Dan hu wieħed mill-eqdem programmi fuq l-istazzjonijiet tal-BBC, tant li ilu għaddej aktar minn sittin sena. L-istazzjon għandu udejnza ta’ ‘l fuq minn 15-il miljun semmiegħ. Il-kunċert ta’ Malta se jixxandar fl-aħħar Ġimgħa ta’ Settembru.

Il-producer tal-programm, Anthony Cherry qal li Lights Camera Malta se jkun ukoll kunċert storiku għall-orkestra għax se tkun l-ewwel darba li l-orkestra se tagħti kunċert li mhux fir-Renju Unit.

“You have orchestras that specialize in classical material, opera, and ballet, this one can do all of that and then it could do film music, and then it can do musical theatre and jazz…. and it can do them all in one programme, and it can go from one piece to the next without batting an eyelid.”

Il-kantanti Hannah Waddingham li kienet Septa Unella f’The Game of Trones, u Bradley Jaden u Louise Dearman li għandhom esperjenza vasta fil-West End ta’ Londra se jakkumpanjaw lill-mużiċisti.

Waqt il-kunċert se tindaqq mużika mid-dinja tat-teatru, ċinema u televiżjoni bl-aċċenn ikun fuq il-mużika minn films li nħadmu f’Malta b’mużika minn produzzjonijiet spettakolari li jinkludu Midnight Express, Troy, The Spy Who Loved Me, Popeye, Never Say Never Again u Gladiator.

Se jindaqqu wkoll siltiet minn films popolari kontemporanji bħal Frozen, Bohemian Rhapsody, Mary Poppins Returns u The Greatest Showman.

Elwin Hendrijanto li ma’ Dominic Ferris jiffurmaw The Piano Brothers, se jallegraw ukoll lill-udjenzi.

U għal għada, il-Ħamis, l-Awtorità tat-Turiżmu se tippreżenta kunċert ieħor fuq il-Fosos . . . din id-darba minn Liam Gallagher, l-eks kantant tal-grupp Oasis.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar