Qorti
Illiberat mill-akkużi li pprova jdaħħal 2,200 grossa sigaretti pprojbiti f’Malta

Kaptan Malti kien ikkonfermat mhux ħati mill-Qorti tal-Appell li f’April ta’ 6 snin ilu pprova jdaħħal Malta sigaretti pprojbiti mis-suq lokali.

Charles Grech ġie lliberat mill-akkużi li meta wasal Malta minn Misurata fil-Libja bil-lanċa MV Mae Yemanja kien fil-pussess ta’ 2,200 grossa sigaretti Walton u Capital li l-valur tagħhom kien ta’ €13,241.40, bid-dazju tas-sisa jammonta għal €60,271.20, filwaqt li d-dazju u VAT jammontaw għal €7,627.05 u €14,605.14 li ma tħallsux.

Grech ma kienx instab ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh, iżda l-Avukat Ġenerali appella mis-sentenza.  Charles Grech, li huwa l-Kaptan u s-sid tal-lanċa, kien qed juża l-MV Mae Yemanja biex jinnegozja t-tabakk bejn Ċipru u l-Libja.

Il-Qorti tal-Appell qalet li għandha numru ta’ suspetti dwar it-teżi ta’ Grech, inkluż dwar il-kredibilità tiegħu, iżda minħabba li kien konxju li s-sigaretti Capital u Walton ma jinbiegħux f’Malta ma kellux l-intenzjoni li jiddaħħlu Malta llegalment u baqgħu abbord peress li ma tħattux fil-Libja minħabba l-maltemp.

Għaldaqstant, il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, kkonfermat is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati li lliberat lil Charles Grech minn kull akkuża.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar