Qorti
Illiberat b’kundizzjoni wara li darab lil martu minħabba ritratt li tellgħet fuq Facebook

Joel Portelli ta’ 28 sena mir-Rabat Għawdex kien illiberat wara li kien akkużat li f’Awwissu 2017 ħebb għal martu u kkaġunalha feriti gravi. Kien akkużat ukoll li insulenta u hedded lil martu, li kiser il-paċi pubblika u li bħala uffiċjal tal-armata kien fi dmir li jimpedixxxi dan ir-reat milli jsir.

Fix-xhieda tagħha, il-mara tal-akkużat qalet li ħadet lit-tfal tagħha l-baħar u meta kienet hemm ġibdet ritratt tal-veduta, li fih ġew jidhru saqajha minn irkopptejha ‘l isfel. Hija xerrdet dan ir-ritratt fuq Facebook. Kompliet tgħid li marret lura d-dar ħaslet u raqdet lit-tfal. Hija qalet li żewġha beda jibagħtilha messaġġi u jgħajjarha qaħba u li dejjem tiġġġerra l-baħar bit-tfal.

Spjegat li meta mar id-dar huwa refa’ idu fuqha u qalet li mwerwra xħin qallha biex tippakkja u titlaq ‘il barra, hija obdietu u marret tippakkja. Dak il-ħin hija qalet li waddbilha banketta żgħira laqat il-linfa u din waqgħet maġenbha. Kompliet tgħid li ħatafha minn għonqha kaxkarha l-kuritur biex jitfagħha ‘l barra. Hija qalet li t-tfal kienu hemm ġew jibku u ma xtaqitx tħallihom hemm. Qalet li baqgħet tissielet miegħu biex ma jitfgħahiex barra iżda baqa’ jkaxkar u jġebbed fiha. Qalet li ħin minnhom qamet u minkejja l-uġigħ kbir li kellha provat tmur għat-tfal iżda xħin qabdet lit-tifel ħatafulha minn idejha u waddbu fuq is-sodda.

Hija xehdet ukoll li heddiedha jekk tirrapporta lill-Pulizija jaqbad lit-tfal u jmur jaqbeż u anke li joqtolha. Kompliet tgħid li din ma kinitx l-ewwel darba iżda dejjem beżgħet minnu u għalhekk qatt ma rrapportat minħabba t-tfal.

Fix-xhieda tagħha hija qalet li niżlet isfel u ssakkret fil-karozza u ċemplet lil missieru għax żewġha jibża’ minnu. Qalet li missieru ġie u ċanfru. Spjegat li żewġha qallha tista’ tmur iżda jekk fis-7 ma tmurx lura d-dar bit-tfal kien imur jispara lilhom u lilha. Qalet imwerwra marret għand ommha u wara marret tagħmel rapport lill-Pulizija.

Min-naħa tiegħu l-akkużat qal li kienu tlewmu ftit fuq ir-ritratt għax qalilha tħassru. Huwa qal li fis-saħna tal-mument qallha biex titlaq u ħin minnhom ġibidha u ħabtet sieqha mal-koxxa tal-bieb. Huwa ċaħad li qabadha minn għonqha, kaxakarha u sabbatha mal-koxxa tal-bieb. Sostna li ma kienx jaf li kisret saqha u sar jaf filgħaxija meta ġie mgħarraf li daħal rapport lill-Pulizija dwar li kisret saqajha.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qalet li hi konvinta li l-imputat ikkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq il-mara u għalhekk se jinstab ħati li kkaġunalha  ferita ħafifa meta mbuttaha u qabadha minn għonqha. Huwa nstab ħati wkoll li insulentaha. L-akkużat ġie illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor sa żmien tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar