Qorti
Illiberat wara li ma nstabx ħati li stupra tfajla taħt l-età

Il-Qorti ma sabitx biżżejjed provi biex issib lil John Baptist Degiorgio ħati li stupra tfajla taħt l-età minn Bormla.

Il-każ imur lura għall-2014 meta John Baptist Degiorgio, flimkien mat-tfajla, ħuha u xi ħbieb oħra marru Paceville.

Ħu t-tfajla talabha titla’ lura d-dar mal-imputat għaliex hu u l-oħrajn kienu sejrin xi party ieħor. It-tfajla, li dak iż-żmien kellha 17-il sena, qalet li esperjenzat xi black outs u ma ftakritx kif ħarġet minn stabbiliment f’Paceville. Hija xehdet li x’ħin ġiet f’sensiha sabet ruħha ġo sodda, għarwiena bl-imputat fuqha mingħajr flokk.

Hi qalet li ppruvat tqum iżda ma kellhiex saħħa u talbet lill-imputat jieqaf iżda hu baqa’ jżommha u reġgħet intilfet minn sensiha. Meta reġgħet ġiet f’sensiha, hija kienet fil-karozza tal-imputat quddiem darha bl-imputat talabha biex iżommu kollox bejniethom.

Minkejja li t-tfajla għamlet it-testijiet mediċi 5 ijiem wara, it-tobba ma setgħux isibu l-ebda prova għajr għal xi tbenġil. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, qalet li minħabba li t-tfajla kienet taħt l-effett tax-xorb, il-verżjoni tagħha tħalli dubji jekk verament seħħewx attivitajiet sesswali li bihom kien mixli l-akkużat.

Għalhekk, il-Qorti ma sabitx lill-imputat ħati u lliberatu minn kull akkuża.

Għall-akkużat deher l-Avukat Joe Giglio.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Aktar