Lokali
Illum 13-il President tal-UE se jiltaqgħu f’Malta għal Arraiolos

Illum fil-Belt Valletta se jibda jiltaqa’ l-Grupp Arraiolos li se jkun presedut għall-ewwel darba mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.  Arraiolos huwa forum għal Presidenti mhux Eżekuttivi ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

F’Malta qed jaslu t-13-il President li bejn illum u għada se jkunu qed jiddiskutu t-tema Crossing Borders.  Fuq l-aġenda hemm żewġ diskussjonijiet ewlenin.

Id-diskussjoni tal-lum se tittratta “L-Ewropa Soċjali fil-kuntest tal-Ekonomija Globali” u se tkun moderata mill-Professur Carmel Borg.  Għada d-diskussjoni se tiffoka fuq “l-Isfidi tas-Sigurtà fiz-zona Ewro-Mediterranja” u se titmexxa mill-Professur Stephen Calleya.

Minbarra dawn iż-żewġ diskussjonijiet, li se jsiru fil-Palazz fil-Belt Valletta, se jsiru numru ta’ laqgħat u attivitajiet oħra mxerrdin bejn il-Palazz Verdala u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

TVM2 u tvm.com.mt se jkunu qed ixandru dirett iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ din il-laqgħa għall-ħabta tas-1.30p.m.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Libjan ta’ 37 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda aggredixxa lill-kantanta Mikaela Attard u l-ħabiba tagħha waqt li kienu Paceville. Ġie allegat li l-Libjan…

Lokali

Żewġt aħwa li jumejn ilu kienu involuti fi ġlieda f’Ħal Tarxien inżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għal sensiela ta’ akkużi fosthom li darbu gravi lil raġel ta’ 36…

Lokali

Stħarriġ professjonali, indipendenti u estensiv juri li l-ħaddiema fis-settur pubbliku f’sena jieħdu medja ta’ jum wieħed biss ta’ sick leave aktar mill-ħaddiema fis-settur privat. Filwaqt li l-ħaddiema fis-settur privat jieħdu medja ta’…

Lokali

Il-Kamra tal-Inġiniera, f’konferenza dwar in-nirien li kienet ippjanat qabel l-inċident tan-nirien tal-Ħadd li għadda li fih tilef ħajtu Gordon Spiteri, sejħet biex jiżdiedu l-miżuri fil-binjiet f’Malta kontra n-nirien. F’intervent fil-konferenza,…

Aktar