Kunsilli Lokali
ARA: Jiskatta l-proċess tal-għadd tal-voti għal 21 Kunsill Lokali

Beda l-għadd tal-voti tat-tieni grupp ta’ lokalitajiet fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.  Iktar tard illejla jsiru magħrufa liema se jkunu l-kandidati li se jiġu eletti f’21 Kunsill Lokali, 17 f’Malta u 4 f’Għawdex.

Il-lokalitajiet li llum qed jingħaddu l-voti tagħhom huma l-Fgura, M’Skala, Tas-Sliema, ir-Rabat, B’Kara, Ħal Lija, M’Xlokk, L-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, l-Imġarr, Raħal Ġdid, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Bormla, u Tal-Pietà f’Malta, kif ukoll ir-Rabat, L-Għarb, ix-Xagħra, u Ta’ Sannat f’Għawdex.

L-għadd tal-voti beda għall-ħabta tas-2.30pm meta l-voti ta’ kull lokalità bdew jinħarġu mill-kaxxi biex jitpoġġew wiċċhom ‘l isfel.  Għall-ħabta tal-5.30pm jibdew jinkixfu l-voti wiċċhom ‘l fuq biex jiġu identifikati liema jkunu dawk validi u dawk invalidi, proċess li jsir taħt l-iskrutinju tal-aġenti tal-partiti minn wara l-perspex.

L-ewwel indikazzjoni tar-riżultat tibda tingħata għall-ħabta tat-8pm u huwa previst li l-proċess kollu tal-għadd tal-21 lokalità jintemm qabel nofsillejl.

Tistgħu ssegwu l-andament tal-għadd tal-voti min-Naxxar, b’aġġornamenti fuq tvm.com.mt, kif ukoll kollegamenti spissi fuq TVM mis-2pm ‘il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

L-Air Malta qalet li sabiex tassigura li jkomplu d-diskussjonijiet mal-ALPA, l-unjin li tirrappreżenta l-piloti tal-Air Malta, il-kumpanija qablet li tirtira l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-ALPA. Bħala sinjal ta’ rieda tajba,…

Qorti

Raġel ta’ 23 sena mis-Somalja, residenti ż-Żebbuġ tressaq il-Qorti akkużat li nhar is-Sibt weġġa’ persuna gravi. Quddiem il-Maġistrat Brigette Sultana, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi…

Qorti

Silvio Camilleri ta’ 35 sena li joqgħod il-Gżira ġie mixli li f’nofs il-ġimgħa l-oħra wettaq serq aggravat bil-vjolenza minn spiżerija f’Ta’ Xbiex, żamm żewġ persuni kontra l-volontà tagħhom u kellu…

Qorti

Raġel miż-Żurrieq ġie mixli li x-xahar l-ieħor ħebb għal tfajla b’sikkina u kkaġunalha ġrieħi ħfief. L-Ispettur Trevor Micallef qal li t-tfajla allegat li ħebb għaliha meta ppruvat twaqqfu milli jieħu…

Aktar