Pulizija
Diversi pulizija li allegatament wettqu abbużi fl-extra duties reġgħu ngħataw il-police bail

Ħafna mill-Pulizija li allegatament wettqu abbużi fl-extra duties fit-taqsima tat-traffiku reġgħu ngħataw il-police bail u baqgħu sospiżi mix-xogħol.

Fi żvilupp ieħor, il-Parlament beda jiddiskuti emendi fil-liġi biex tkun tista’ tinħareg is-sejħa għal ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija li għall-ewwel darba se ssir b’sejħa pubblika fi proċess li se jitmexxa mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku.

Wieħed u tletin Pulizija jidher li reġgħu rritornaw id-dar bil-police bail wara li fl-aħħar sigħat issejħu fil-kwartieri tal-Pulizija hekk kif skadilhom il-perjodu tal-police bail li ngħataw il-ġimgħa li għaddiet meta bdew jiġu investigati dwar l-iskema abbusiva li allegatament tinvolvi eluf ta’ ewro. L-iskema ddur ma’ ħlasijiet għal xogħol extra li l-Pulizija tat-traffiku kienu jagħmlu barra l-ħinijiet fissi tax-xogħol fosthom qrib proġetti infrastrutturali kbar.

Fl-aħħar komunikat dwar dan il-każ ħamest ijiem ilu, il-Pulizija kienet qalet li l-investigazzjonijiet wasslu għall-arrest ta’ 41 Pulizija iżda sa issa ħadd minnhom ma tressqu il-Qorti.

Riżultat ta’ dan il-każ, it-taqsima tat-traffiku għadha b’aktar minn 80% fil-membri tagħha investigati u nhar il-Ġimgħa tagħlaq is-sejħa interna għal min irid jissieħeb f’din it-taqsima. Sorsi spjegaw li sa issa r-rispons għal din is-sejħa kien baxx ħafna.

Fil-programm Ras imb Ras, l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Josie Brincat qal li wara dak li seħħ, jittama li tinħoloq struttura ta’ skrutinju li tassigura li abbużi bħal dawn ma jsirux. Is-Sur Brincat qal li waqt li anke fi żmienu kienu jseħħu abbużi, sabu tarf tagħhom u ttieħdu l-passi meħtieġa.

“Jekk l-uffiċjali u s-superjuri jagħmlu surprise inspections fuq in nies tagħhom u jaraw fejn qegħdin u x’inhuma jagħmlu, dat-tip ta’ abbużi jitnaqqsu żgur mhux forsi”.

Is-sur Brincat wera l-fehma li għandu jkun hemm uffiċjali responsabbli mid-dixxiplina fil-korp. Huwa saħaq li hemm bżonn riforma sħiħa u radikali fil-korp.

“Hemm bżonn reshuffle qawwija. Jitjiebu il-pagi u l-kundizzjonijiet. Anke l-istruttura l-akkademja, jiġu updated għaż-żminijiet tal-lum biex naraw li jsir progress.”

L-eks assistent kummissarju saħaq li l-bidla ewlenija tista’ sseħħ biss jekk ikun hemm iż-żamma tad-dixxiplina fil-korp.

Ara wkoll:

Simon Schembri jgħid li m’għandux x’jaqsam mal-investigazzjonijiet li għaddejjin

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar