Qorti
Illum 6 persuni immultati ftit inqas minn €12,000 fuq sewqan taħt l-effett tax-xorb

Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ta’ Għawdex wettqu rondi biex jinqabdu dawk li jkunu qegħdin jabbużaw waqt is-sewqan u fl-istess waqt ikunu protetti dawk li jkunu
għaddejjin fl-istess toroq.

Dalgħodu, sitt persuni ġew immultati ftit anqas minn tnax-il elf ewro waqt seduta tat-traffiku fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex wara li nstabu ħatja li saqu taħt l-effett tal-alkoħol.

Wieħed mill-persuni nstab ħati ukoll li ma kellux polza tal-assigurazzjoni, u kellu l-liċenzja tat-traffiku sospiża għal sena. Il-ħames persuni l-oħra kellhom l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.

Numru ta’ persuni oħra se jkunu akkużati fit-Tribunal dwar kontravenzjonijiet varji. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci mid-Distrett ta’ Għawdex.

Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, Frank Fabri qal li r-risk assessors li huma liċenzjati mal-OHSA, daħlu fl-iskejjel kollha biex jiċċertifikaw skola, skola hix tabilħaqq preparata għall-ftuħ fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija….

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Matul il-jum tal-Ħadd inġabret is-somma ta’ €1,436,955 għal Dar Bjorn. Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u…

Is-satelliti li hawn fl-ispazju fuq Malta jipproduċu informazzjoni utli dwar il-kurrenti tal-baħar u l-effetti li għandhom fuq il-kosta Maltija. Grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ħolqu sistema teknoloġika li permezz tagħha…

Aktar