Barranin
Illum f’Buñol kulħadd igara u jċaflas fit-tadam

Bħall-Malta, Spanja għandha diversi festivals marbuta ma’ lokalitajiet jew prodotti partikulari. Fost l-aktar popolari: it-tomatina . . . ġlieda bit-tadam li ssir kull sena, bħal-lum, f’belt qrib Valencia.

Mija ħamsa u erbgħin tunellata tadam tgħabbew fuq sitt trakkijiet u twasslu f’Buñol, belt fil-provinċja ta’ Valencia fi Spanja, għall-ġlieda annwali bit-tadam li seħħet l-erbgħa filgħodu.

Għall-festival annwali La Tomatina eluf jivvjaġġaw lejn Buñol waqt li r-residenti qattgħu l-aħħar ġranet jarmaw ilqugħ tal-injam u l-plastik biex iħarsu l-proprjetà tagħhom – djar u ħwienet – mid-daqqiet u t-tidlik tat-tadam u l-imġieba ta’ wħud minn dawk li jattendu għall-festival.

L-Erbgħa l-ġlieda bit-tadam bdiet fil-ħdax ta’ filgħodu. Is-sitt trakkijiet nstaqu fit-triq ewlenija tal-belt u pprovdew munizzjon – f’dan il-każ tadam – li ġie garat fost l-għajjat u l-atmosfera kulurita li nħolqot mill-eluf ta’ parteċipanti.

It-tomatina bdiet fl-1945 u kienet projbita għal xi żmien fil-ħamsinijiet waqt id-dittatorjat tal-Ġeneral Franco. Meta reġgħet ġiet awtorizzata, il-pubbliku beda jattendi bi ħġaru fejn il-folla kienet tlaħħaq madwar 45,000 persuna.

Illlum id-dħul fit-triq ewlenija ta’ Bunol hu kontrollat, bi 22,000 persuna awtorizzati li minnhom 5,000 huma riżervati għan-nies tal-post.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Theresa May wissiet li għexieren ta’ membri parlamentari konservattivi li normalment huma leali lejn il-partit jistgħu jiħduha kontra l-Gvern biex jipprevenu milli jsir Brexit mingħajr ftehim…

Barranin

L-Olanda trid timplimenta miżuri biex tiġġieled il-korruzzjoni.  Dan intqal fir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-GRECO, il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Din ir-rakkomandazzjoni qed issir fil-konfront tal-persuni li għandhom karigi…

Barranin

Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia. Il-mara ta’ 46 sena…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li jbati mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Aktar