Unjoni Ewropea
AĠĠORNAT: Helena Dalli evalwata fi Brussell bħala Kummissarju nominat

Helena Dalli llum għandha smigħ quddiem kumitati fil-Parlament Ewropew fi Brussell, biex jevalwaw il-kredenzjali tagħha bħala l-Kummissarju Ewropew nominat għall-Ugwaljanza.

Dr Dalli qed tidher quddiem il-kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tal-Ġeneru (FEMM), kif ukoll quddiem il-kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (EMPL).

Huma se jkunu qed jistaqsu 25 mistoqsija lil Dr Dalli. Wara s-smigħ, ir-rappreżentanti tal-ħames gruppi politiċi preżenti fiż-żewġ kumitati, flimkien maċ-chair tal-kumitati, se jkunu qed janalizzaw is-smigħ u jindikaw jekk Dr Dalli tgawdix l-appoġġ tagħhom, ibbażat fuq il-kompetenza tagħha fil-qasam, fost oħrajn. Dr Dalli diġà għaddiet mill-iskrutinju tal-kumitat għall-affarijiet legali fi ħdan il-Parlament.

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji b’mod sħiħ jitressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-Plenarja tal-24 ta’ Ottubru fi Strasburgu.

TVM infurmat li Dr Dalli qed tagħmel l-aħħar tħejjijiet tagħha għal dan is-smigħ, bit-taħriġ ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat mindu ġiet nominata.

Id-Direttur tal-Media tal-Parlament Ewropew Jesus Carmona, qal f’laqgħa mal-midja, li ma jidhirx li hemm kwistjonijiet dwar Dr Dalli, u mistennija tgawdi l-appoġġ tal-membri, b’differenza minn membri oħra, fosthom dawk tar-Rumanija u l-Ungerija, li saħansitra weħlu fl-istadju tal-iskrutinju mill-kumitat tal-affarijiet legali. Fost il-mistoqsijiet li mistennija taffaċċja Dr Dalli hemm il-kwistjoni tal-Gender Pay Gap.

Sadanittant, l-MEP Ġermaniża Maria Noichl, li tirrapreżenta lis-Soċjalisti u d-Demkratiċi fil-kumitat dwar id-drittijiet tan-Nisa (FEMM), qalet li waħda mit-temi ewlenin li se taffaċċja Dr Dalli hi dwar l-abort. Noichl qalet li Malta ma timxix skond il-linja Ewropea dwar dan is-suġġett, għaliex l-UE temmen li n-nisa għandu jkollhom dritt jiddeċiedu huma fuq ġisimhom. Qalet li Dr Dalli m’għandhiex iġġorr magħha l-isfond Malti bħala Kummissarju.

Is-smigħ ta’ Dr Dalli se jkun qed jixxandar dirett fuq tvm.com.mt fis-2.45pm.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Aktar