Politika
Illum jibdew jivvutaw l-ewwel persuni, fosthom dawk f’San Vinċenz

Qed jivvutaw illum l-ewwel grupp ta’ votanti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Il-votazzjoni għaddejja fl-akbar residenza għall-anzjani, San Vinċenz de Paul, u f’31 dar oħra residenzjali tal-anzjani.

Għall-ewwel darba, priġunieri eliġibbli setgħu jivvutaw fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin stess.

Qed jivvutaw ukoll fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar dawk li s-Sibt li ġej se jkunu msefrin, u ffirmaw dikjarazzjoni ġuramentata mal-Kummissjoni Elettorali jinfurmawha b’dan.

Il-votazzjoni bikrija f’dawn il-postijiet tagħlaq fl-10.00 p.m.

Intant, il-ġbir tad-dokumenti tal-votazzjoni mil-lokalitajiet jintemm għada fis-siegħa ta’ wara nofsinhar.

Il-voti jinġabru mill-għases tal-Pulizija, jew mill-uffiċini tal-Kunsilli Lokali fejn m’hemmx għassa. Il-ġimgħa d-dieħla l-voti jkunu jistgħu jinġabru biss miċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, sa nofsillejl tal-Ħamis.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Aktar