Kronaka
“Illum jien u għada ħaddieħor – il-bini jkompli u l-ġirien isofru”

Raymond Brincat, li ilu jgħix mill-1986 fil-binja li ġġarfet dalgħodu fil-Pietà, tkellem ma’ TVM u rrakkonta dak li ġralu.

Raymond irrakkonta li kien fil-kċina meta sema’ ħoss qawwi, ra l-ħajt jinfetaħ u jaqa’ biex spiċċa jara s-sema ta’ barra. Dak il-ħin qal li nħasad, iżda meta ġie f’tiegħu għajjat lit-tifel, qabad lill-kelb u ħarġu flimkien jiġru ‘l barra.

Raymond appella biex jinqatgħu t-teatrini u l-kwistjoni tal-kostruzzjoni tittieħed bis-serjetà u mhux kollox jibqa’ jitħalla għaddej.  Huwa qal li jekk ma jkunx hemm infurzar serju, dawn l-inċidenti u traġedji se jibqgħu jsiru.

Is-Sur Brincat jgħix fl-ewwel appartament li ġarrab l-akbar ħsarat, fejn iġġarraf kompletament il-ħajt ta’ żewġt ikmamar.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar