Lokali
Varati l-‘Lyric Videos’ tal-Malta Eurovision Song Contest 2018

Hekk kif qegħdin ftit inqas minn xahar ‘il bogħod mill-finali tal-Malta Eurovision Song Contest 2018 u wara ħafna stennija llum ġew varati l-‘Lyric Videos’ flimkien mal-kanzunetta ta’ 16-il finalist. Dawn huma aċċessibbli minn hawnhekk www.tvm.com.mt/participants.

Il-finali tal-fesitval ser titella’ fit-3 ta’ Frar fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali. It-tim tal-produzzjoni għal din is-sena ddeċieda li joħloq tema li ser tkun tgħid #jointhemagic.

Għal din is-sena sar ukoll tibdil fis-sistema tal-votazzjoni fejn ir-rebbieħ ser ikun qed jintagħżel minn 50% tal-punti mill-ġurija u l-50% tal-punti mit-televoting.

Dawk kollha li jixtiequ jkun fis-sala għal dan il-festival, dalwaqt ser inħabbru d-data għal-bejgħ tal-biljetti.

#jointhemagic #mesc2018

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Nhar it-Tnejn 2 ta’ Marzu, fis-7 ta’ filgħodu se jibdew tiswijiet temporanji ta’ Triq San Pawl, it-triq ewlenija ta’ San Pawl il-Baħar. Se jsiru xi xogħlijiet f’wiċċ din it-triq wara li…

Edukazzjoni

L-MUT u l-Gvern laħqu qbil fuq pjan ta’ azzjoni dwar il-provvista tal-ilma fl-iskejjel tal-Primarja ta’ Paola u għalhekk, il-union tissospendi d-direttivi li ħarġet ilbieraħ. Tard filgħaxija, l-MUT flimkien mal-Prim Ministru…

Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Aktar