Knisja Maltija
AĠĠORNAT: Dun Anton Teuma se jkun l-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex

Konkluż il-proċess għall-ħatra ta’ Isqof ġdid għal Għawdex.

Dan wara li Monsinjur Mario Grech ingħata kariga fil-Vatikan li titlob li minn Awwissu li ġej huwa jibda jservi bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet meta l-Kardinal Lorenzo Baldisseri, li hu s-Segretarju Ġenerali attwali tas-sinodu, itemm il-mandat tiegħu.

Television Malta huwa nfurmat li l-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex se jkun Dun Anton Teuma li kien Rettur tas-Seminarju t’Għawdex għal ħafna snin. L-aħbar mistennija tingħata b’mod uffiċjali aktar tard matul il-ġurnata f’komunikat imxandar mill-Vatikan stess.

L-Isqof Mario Grech għandu 63 sena. Hu t-tmien Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex u ilu f’din il-kariga 14-il sena.