Politika
Illum Jum il-Baġit 2021: ara x’se jiġri pass pass

Illum il-Gvern iħabbar il-baġit għall-2021. Bi preparament għad-diskors tal-baġit, fl-4.30pm TVM se jxandar programm speċjali.

Sagħtejn wara, fis-6.30pm, jibda d-diskors tal-baġit mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Fl-istess waqt tvm.mt se jkun qed jirrapporta l-punti ewlenin permezz ta’ blog kontinwu.

Immedjatament wara d-diskors, tixxandar konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern, u iktar tard ir-reazzjoni mill-Oppożizzjoni.

Fil-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm ssir ġabra tal-miżuri mħabbra fil-baġit, u wara l-bulettin jibda programm speċjali b’analiżi tal-baġit.

Dan kollu se jkun qed jixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon TVM u tvm.com.mt, bid-diskors tal-baġit jixxandar ukoll fuq Radju Malta 2.

Ara wkoll:

‘Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem’ it-tema għall-Budget 2021