COVID-19
Illum l-Awstrija terġa’ tidħol f’lockdown nazzjonali, protesti madwar l-Ewropa

Waqt li f’għadd ta’ pajjiżi għaddejjin protesti kontra l-introduzzjoni ta’ restrizzjonjijiet ġodda marbuta mal-Covid-19, l-Awstrija llum daħlet fir-raba’ lockdown nazzjonali.

Min-nofsillejl, l-Awstrijaċi ġew ordnati biex jidew jaħdmu mid-dar, waqt li ħwienet mhux essenzjali kienu sfurzati jagħlqu l-bibien. In-nies jistgħu biex joħorġu minn darhom għal ċertu xogħlijiet li ma jistgħux isiru mid-dar, għal qadjiet essenzjali u għall-eżerċizzju.

Il-miżuri huma ppjanati li jibqgħu fis-seħħ sat-12 ta’ Diċembru, bis-sitwazzjoni mistennija li tkun evalwata mill-ġdid fi żmien għaxart ijiem.

Il-ġimgħa li għaddiet l-Awstrija sar l-ewwel pajjiż Ewropew li għamel it-tilqima għall-Covid obbligatorja, bil-liġi li mistennija tidħol fis-seħħ fi Frar.

Intant, minbarra l-Awstrija, f’pajjiżi bħall-Olanda u l-Belġju wkoll raw protesti kontra restrizzjonijiet intenzjonati li jnaqqsu l-każi ġodda ta’ Covid-19 li qegħdin dejjem jiżdiedu.

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) wissiet li jekk mhux se jiddaħħlu restrizzjonijiet madwar l-Ewropa, sar-rebbiegħa kapaċi jiġu rreġistrati man-nofs miljun mewt oħra.