Elezzjoni
Illum l-Ewropej jibdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej.

Għada jivvutaw l-Irlanda u r-Repubblika Ċeka, filwaqt li s-Sibt ikun imiss is-Slovakkja, il-Latvja u Malta.

Il-kumplament tal-pajjiżi se jivvutaw il-Ħadd, bl-aħħar pajjiż li se jkun qed jagħlaq il-postijiet tal-votazzjoni huwa l-Italja fil-11pm.

Il-votazzjoni ssir skont is-sistemi elettorali rispettivi tal-pajjiżi, iżda kulħadd irid jirrispetta ċerti kundizzjonijiet, fosthom kemm jirrappreżenta nies kull MEP elett.

5 pajjiżi – l-Italja, ir-Renju Unit, il-Polonja, il-Belġju u l-Irlanda – għandhom it-territorju maqsum f’distretti elettorali, filwaqt li 23 pajjiż ieħor jivvutaw fuq bażi nazzjonali bħalma jiġri f’Malta.

Differenza oħra importanti bejn il-pajjiżi hija li ċerti pajjiżi għandhom listi fissi ta’ kandidati, li huma Spanja, il-Portugall, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Ungerija u r-Rumanija.

Il-pajjiżi l-oħrajn, fosthom Malta, jużaw is-sistema li l-elettorat jivvota lill-kandidat li jrid li jirrappreżentah fil-Parlament Ewropew.

Din hija l-lista ta’ kemm iridu jinħatru MEPs f’kull pajjiż membru tal-UE:

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar