Televiżjoni u Radju
Illum l-ewwel ‘Sibtek’ tas-sena

L-ewwel ‘Sibtek’ tas-sena 2021 jinsab magħna. Programm, ikkaratterizzat minn ħafna spettaklu, mużika u rigali. Ma jonqsux, għadd ta’ sejjer kurjużi.

‘Sibtek’ illum ilaqqagħna mal-ġurnalista u kantanta Maria Muscat magħrufa bħala La Barokka. Liema mistiedna, fost l-oħrajn, se tirrakkonta sitwazzjoni imbarazzanti li għaddiet minnha dan l-aħħar u se tagħtina togħma tal-programm tagħha li mil-lum mistenni jerġa’ jibda jixxandar eżatt wara ‘Sibtek’.

Illum ukoll, Jeff Francalanza jirrakkonta l-għadd ta’ weġgħat li għadda minnhom matul l-2020 u jispjega x’tgħallem matul l-aħħar xhur.

Imbagħad, għall-ewwel darba, Mandy Micallef Grimaud taqsam mal-pubbliku ż-żmien iebes li għaddiet minnu fi tfulitha u kif irnexxielha tegħleb dan l-intopp.

Doreen Desira, fost l-oħrajn, titkellem fuq kemm ma kinitx faċli li trabbi t-tfal.

‘Sibtek’, illum fis-1.15pm fuq TVM.