Barranin
Illum l-Italja tiftaħ il-pajjiż għat-turiżmu mill-Ewropa bla kwarantina

Mil-lum l-Italja reġgħet fetħet il-pajjiż għat-turiżmu mill-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Turisti minn 25 pajjiż fiż-żona Schengen jistgħu jivjaġġaw lejn l-Italja, mingħajr il-bżonn li t-turisti joqgħodu fi kwarantina meta jaslu fil-pajjiż.

Madanakollu mhux il-pajjiżi Ewropej kollha se jippermettu vjaġġar lejn l-Italja, fosthom l-Iżvizzera u l-Greċja. Malta se tkun qed tippermetti vjaġġi biss lejn Sardegna u Sqallija, u dawk li jiġu minn reġjuni oħra obbligati joqgħodu fi kwarantina.

It-Taljani jistgħu wkoll jerġgħu jibdew jivjaġġaw f’pajjiżhom stess wara l-lockdown li beda fil-bidu ta’ Marzu, bl-Italja tkun l-ewwel pajjiż Ewropew li jiddikjara lockdown biex inaqqas l-imxija tal-Covid-19.

Il-ftuħ mill-ġdid għat-turiżmu u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fl-Italja ġabet reazzjonijiet imħallta, b’uħud mill-esperti tas-saħħa jesprimu l-fehma li l-pajjiż qed jgħaġġel wisq.

Il-Ministru għas-Saħħa Roberto Speranza qal lill-midja Taljana li l-Gvern kien qed jieħu riskju kkalkulat biex imexxi fażi ġdida f’dan iż-żmien tal-Covid-19.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar