Lokali
Illum nofs l-adulti Maltin jkunu ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin

Id-deputat Prim Minitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llum nofs il-popolazzjoni Maltija tkun ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin.

F’konferenza tal-aħbarijiet qal li f’pajjiżna l-pandemija, hija taħt kontroll u meta mqabbel ma’ dak li qed jiġri madwar id-dinja, hemm miżuri ta’ suċċess.

Qal li l-miżuri li tnaqqsu fl-aħħar ġimagħtejn, jidher li kienu deċiżjonijet tajbin li naqqasnihom għax il-każijiet ta’ Covid-19 ġodda baqa’ nieżel u ma reġax tela’. Qal li dan ifisser li għada jistgħu jitneħħew il-miżuri li tħabbru fl-aħħar ġimgħat. Ħabbar ukoll li għada jibdew ukoll il-viżti f’Mater Dei u Monte Carmeli.

Qal li jekk in-numri jibqgħu baxxi, jidħlu fis-seħħ il-miżuri li qegħdin jitħabbru llum fosthom il-ftuħ tar-restoranti sal-5.00 p.m.

Qal li sal-lum se jkunu ngħataw 315,000 doża tal-vaċċin u 100,000 ħadu t-tieni d-doża. Dan ifisser li nofs l-adulti jkunu tlaqqmu. Qal ldin iċ-ċifra tpoġġi lil Malta, l-ewwel madwar l-Ewropa kollha.