Unjoni Ewropea
Illum qed jivvutaw l-Irlandiżi u ċ-Ċeki fl-elezzjoniijiet tal-PE

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari.

Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout ikun ħafna aħjar minn dak ta’ 5 snin ilu meta kienu ħarġu jivvutaw biss 18%.

Fl-Irlanda, il-votazzjoni hija kkaratterizzata mit-tensjoni marbuta ma’ Brexit hekk kif iktar ma joħorġu jivvutaw iktar hemm ċans li jsir referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Wara l-vot tal-bieraħ fl-Olanda, l-ewwel indikazzjonijiet juru rebħa għal-Laburisti u żieda fl-appoġġ għall-ewroxettiċi.  Iżda r-riżultati uffiċjali mhux mistennija joħorġu qabel il-Ħadd fil-11pm.

Għada jkun imiss lil-Latvja, Malta u s-Slovakkja biex jivvutaw, filwaqt li l-kumplament taċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw id-dritt għall-vot nhar il-Ħadd.

B’kollox huma eliġibbli jivvutaw mal-400 miljun Ewropew fit-28 pajjiż biex jaħtru 751 Membru tal-Parlament Ewropew.

 

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar