Qorti
AĠĠORNAT (2): L-eks Kappillan ta’ Santu Wistin jeħel sentejn ħabs sospiżi

Patri Deo Debono, li sax-xahar li għadda kien iservi bħala Kappillan fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt, deher quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia akkużat li f’Marzu li għadda seraq ċensier u navetta mill-Kunvent ta’ Santa Katerina fil-Belt u kwadri u pitturi sagri mill-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani fil-Belt u li biegħ dawn l-oġġetti.

Liebes il-kullar ta’ saċerdot, Patri Deo Debono deher kalm fl-awla u ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat qal lill-akkużat biex jixtarr sew l-ammissjoni tiegħu, minħabba li din ma ġġibx magħha piena ta’ xi €20, iżda ġġorr piena ta’ ħabs. Patri Deo żamm mal-ammissjoni tiegħu.

L-avukat difensur, Stephen Tonna Lowell, qal li minħabba li n-natura tal-provi setgħu joffendu l-mistħija tal-akkużat, talab biex il-parti tas-seduta li fiha jitressqu il-provi mill-prosekuzzjoni tinstema bil-magħluq, Il-Maġistrat Farrugia laqa’ t-talba u qal li l-importanti hu li ssir ġustizzja u mhux li jkun hemm l-umiljazzjoni.

Wara li ġew ippreżentati l-provi mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Jeffrey Scicluna, infetħu għal darb’ oħra l-bibien tal-awla biex tingħata s-sentenza.

Il-Maġistrat ikkundanna lil Patri Deo Debono sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ordnalu biex iħallas €9,500 fi żmien disa’ xhur lil Noel Borg, li kien xtara l-oġġetti sagri mingħandu. Ordna wkoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jirritorna lill-kunvent l-oġġetti sagri, li ttieħdu mingħand is-Sur Borg.

Fis-sentenza l-Maġistrat qal li x-xhieda tal-Ispettur Baldacchino tindika li l-imputat ma ħa xejn għalih personali, u li l-investigazzjoni tal-pulizija rriżultat li Patri Deo għadda minn umiljazzjoni u rikatt. Żied li l-provinċja Agostinjana ħafret lil Patri Deo.

Ara wkoll:

Kappillan fil-Belt se jitressaq il-Qorti implikat fis-serqa ta’ arti sagra b’valur ta’ €80,000

L-Arċisqof ineħħi lil Patri Deo Debono minn Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist, li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Sport

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera. L-attività sabet ukoll l-appoġġ…

Kronaka

Raġel ġarrab xi ġrieħi wara li llejla ttajar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Aldo Moro. Il-persuna ttajret fil-karreġġjata lejn il-Belt, viċin il-pont pedonali, minn karozza misjuqa minn raġel…

Aktar