Barranin
Illum se jiltaqa’ għall-ewwel darba l-kabinett il-ġdid ta’ Boris Johnson

Il-kabinett il-ġdid ta’ Boris Johnson se jiltaqa’ għall-ewwel darba llum, wara reshuffle li fih il-Ministru tal-Finanzi Sajid Javid temm il-kariga tiegħu bħala kanċillier.

Il-Prim Ministru offra li jerġa’ jaħtar lil Sajid Javid bill-kundizzjoni li jkeċċi lit-tim tiegħu – kundizzjoni ma niżletx tajjeb ma’ Javid u għalhekk irriżenja. Andrea Leadsom u Esther McVey huma fost il-persuni li m’għadx għandhom post fil-kabinett.

Flimkien ma’ Javid, huma kienu fost il-kontestanti fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit konservattiv li ntrebħet minn Johnson. Javid, li x-xahar id-dieħel kien mistenni jagħmel id-diskors tal-budet, qal li ma kellux għażla oħra għajr dik li jirriżenja għax l-ebda ministru li jirrispetta lilu nnifsu ma kien jaċċetta l-kunduzzjonijiet tal-Prim Ministru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar