Barranin
Illum se jindifnu mat-300 priġunier li nqatlu min-Nażisti

Illum se jindifnu l-fdalijiet ta’ priġunieri li nqatlu fi żmien l-era Nażista f’Berlin, il-Ġermanja.  Dan hekk kif iktar minn 300 biċċa ta’ tessut uman (human tissue) li ttieħdu minn dawn il-priġunieri biex isiru testijiet fil-laboratorji tan-Nażisti.

Infatti, dawn il-fdalijiet mikroskopiċi nstabu għand il-professur tal-anatomija Hermann Stieve li kien iwettaq riċerka fl-isptar universitarju ta’ Charité fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Din il-kollezzjoni nstabet fl-2016 mill-werrieta ta’ dan it-tabib li miet fl-1952.  Infatti dawn il-fdalijiet instabu f’kaxxi żgħar suwed, li ħafna minnhom kellhom l-ismijiet tal-priġunieri fuqhom.

Meta nstabu, il-fdalijiet ingħataw lill-isptar universitarju ta’ Charité f’Berlin u saret riċerka dwar l-istorja tagħhom miċ-Ċentru għall-Memorja tar-Reżistenza Ġermaniża.

Riċerkaturi qalu li Stieve kien jikkollabora man-Nażisti, tant li fost l-oħrajn kien irċieva l-kadavri ta’ 184 persuna, il-biċċa l-kbira nisa, li nqatlu ħabba reżistenza politika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar