Televiżjoni u Radju
Illum tal-aħħar – Ryan u Josmar ifakkru l-krema ta’ ‘Sibtek’ ta’ din l-iskeda

Illum, tixxandar edizzjoni speċjali ta’ ‘Sibtek’ miżgħuda bl-aktar stejjer li serqu l-qlub tal-pubbliku matul l-aħħar skeda. Skeda, li matulha fetħu qalbhom mal-pubbliku għadd ta’ personalitajiet. Fi ftit kliem, kumpanija mill-aqwa li kapaċi temozzjonak u tnissillek tbissima minn ħin għall-ieħor.

Fost l-aktar intervisti li niżlu għasel mat-telespettaturi ta’ Television Malta u li llum se jerġgħu jingħataw il-ħajja, dik ma’ Stephanie Spiteri, il-partner tagħha Kartal u binha Michael. Daqstant ieħor baqgħet imnaqqxa fil-qlub ta’ bosta l-intervista ma’ The Clintess li tkellmet fil-beraħ dwar l-emozzjonijiet tagħha u dwar jekk ġietx aċċettata kif ġieb u laħaq minn nies.

‘Sibtek’ illum ifakkar ukoll x’kellha xi tgħid Valentina Rossi meta t-tim ta’ ‘Sibtek’ għamlilha ċajta.

Is-sorpriżi ma jonqsux. Fost l-oħrajn, il-preżentatur ta’ ‘Sibtek’ Ryan Borg mistenni jkollu sorpriża ħelwa mmens mingħand missieru filwaqt li Josmar se jlaqqa’ ‘l-pubbliku m’ommu, Marie.

Għall-aħħar darba, ‘Sibtek’ jixxandar illum fis-12.45 fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Kurżitajiet

Il-kantanta ċelebri Maltija, Ira Losco ħabbret ftit tal-jiem ilu li se terġa’ ssir omm għat-tieni darba, din id-darba ta’ tifla. Hija qalet li hi u familtha jinsabu ferħanin se jtiru…

Aktar