COVID-19
AĠĠORNAT: Kju twil għat-tilqima tal-Covid bla appuntament f’San Ġiljan

Il-‘mobile clinic’ li minnha qed tingħata t-tilqima tal-Covid lil dawk li ma jkollhomx appuntament illum se tkun ħdejn l-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

Dan huwa t-tielet jum li fih qed jiġi offrut dan is-servizz li beda jingħata minn din il-ġimgħa.

Fl-ewwel jum, fil-Mosta, ingħataw 2,461 tilqima waqt li fit-tieni jum, fiż-Żejtun, ingħataw it-tilqima 1,824 persuna.

S’issa huma madwar 82% tal-adulti li ħadu t-tilqima b’mod komplut.