Qorti
AĠĠORNAT: Tinżamm arrestata l-mara li weġġgħet serjament lis-sieħeb tagħha

Desislava Vasileva Maksimova, Bulgara ta’ 49 sena li taħdem bħala fattiga nżammet arrestata wara li kienet akkużata mill-Ispettur Godwin Scerri li kkaġunat ġrieħi serji fuq il-partner tagħha permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina.

Hi kienet akkużata wkoll li ppruvat tgħatti r-reat tagħha fosthom billi tat verżjoni ħażina tal-fatti.

L-avukat difensur qal li kienet l-agressjoni tar-raġel li wasslet għar-reat biex il-mara tiddefendi ruħha, u talab għall-ħelsien mill-arrest u li l-Qorti timponi diversi kundizzjonijiet, iżda l-Maġistrat Neville Camilleri qal li l-Qorti mhux konvinta li l-Bulgara se żżomm il-kundizzjonijiet mill-arrest wara li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba li hi toqgħod fl-istess residenza mal-partner tagħha f’San Pawl il-Baħar.

Ara wkoll:

Il-Pulizija żżomm lis-sieħba tar-raġel li qala’ daqqiet ta’ sikkina

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Wara xogħol estensiv, tlesta r-restawr li kien qed isir fil-kripta tal-Granmastri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il-kripta għandha valur storiku għoli fl-istorja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta għax fiha hemm…

Knisja Maltija

Il-pubblikazzjoni intitolata ‘Tibżax tieħu għandek lil Marija’ tiġbor fiha aktar minn 40 ittra, omelija u diskorsi tal-Isqof Mario Grech li kiteb jew priedka matul is-sena l-oħra li fid-djoċesi ta’ Għawdex…

Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Aktar