Temp
Illum: Twissija ta’ riħ qawwi li jilħaq forza 7, xita bir-ragħad u s-silġ

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi mill-Grieg Lvant.

Ir-riħ ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin u qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel sad-9.00 tal-lejla, u mistenni jilħaq forza 7.

It-temp mistenni jkun il-biċċa l-kbira msaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u possibilment bis-silġ f’xi waqtiet.