Lokali
Iltaqa’ mal-Ġermaniż li weħel f’Malta wara li ssaħħar bil-Karnival

Ħafna drabi r-ritratti jikxfu dettalji li ftit nagħtu kas. Il-fotografu Ġermaniż, Frank Kirchner ssaħħar bis-sbuħija tal-Belt Valletta u baqa’ affaxinat bil-Karnival Malti. Huwa qatta’ l-aħħar tliet snin jiġbed eluf ta’ ritratti, li jixtieq jippubblika f’żewġ kotba: wieħed dwar il-Belt u ieħor dwar il-Karnival Malti.

Frank Kirchner – fotografu Ġermaniż żar Malta għall-ewwel darba bħala turist fl-1989. Fl-aħħar tliet snin gie Malta bejn ħamsa u sitt darbiet fis-sena biex jieħu ritratti ta’ avvenimenti, toroq, nies u l-ħajja tal-Maltin speċjalment dik fil-kapitali.

“I’m here six months a year so I can say I am part-time Maltese,” fisser Kirchner.

Hu baqa’ impressjonat bil-Karnival Malti tant li l-ħolma tiegħu hi li jippubblika ktieb bhala katalogu b’ritratti li jirrappreżentaw il-karnival Malti miż-żfin għall-karrijiet, kostumi elaborati u brijju, kif ukoll ix-xogħol minn wara l-kwinti.

“I like Maltese Carnival because it is very spontaneous. It is more spontaneous than, for example, in Germany from where I come… it is festivity for the whole family and it is full of passion and emotion,” qal Kirchner.

Frank Kirchner qal li bħalissa qed ifittex post fil-Belt biex itella’ wirja ta’ ritratti dwar il-Karnival fil-Kapitali.

Għal qalb il-fotografu Ġermaniż hemm ukoll il-Belt Valletta. Stqarr li ssaħħru l-kultura, l-istorja, il-festi, li jitwaħħdu mal-ħajja mgħaġġla ta’ eluf ta’ nies li jżuruha kuljum.

“I would like to publish a book about Valletta. I plan to publish it in Autumn but at the moment I am looking for a publisher,” qal Kirchner.

Frank Kirchner qal li permezz tar-ritratti jrid joħroġ id-dettalji li qajla nagħtu kas meta nidħlu l-Belt. Huwa qal li anke ħa lezzjonijiet tal-Malti fi Bremen il-Ġermanja imma stqarr li qed isibha diffiċli biex jitgħallem il-lingwa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar