Lokali
Iltaqa’ mal-Maltin li għexu ħajjithom kollha fit-Tuneżija

Il-qrubija ġeografika ta inqas minn sitt mitt kilometru bejn Malta u t-Tuneżija iffaċċilitat ħafna l-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiż tant li għal ħafna snin kien hemm komunità mdaqqsa ta’ Maltin f’dan il-pajjiż Għarbi. Għalkemm il-Maltin fit-Tuneżija naqsu ħafna, il-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi għadhom qawwija, fosthom ukoll l-investiment Malti hemmhekk.

Minkejja kultura distiniva minn dak Maltija u lingwi differenti, fl-aħħar 200 sena kien hemm komunità ta’ Maltin fit-Tuneżija. F’nofs is-seklu 19 il-komunità Maltija kienet tgħodd mat-tliet elef ruħ, l-aktar fiż-żoni ta’ Susa, Monastir, Mehida u Sfax. In-numru tela’ għal aktar minn 15,000 sa tmiem is-seklu 19. Il-Maltin ħadmu f’irziezet, fil-portijiet u f’industriji żgħar waqt li hu ddokumentat li introduċew tipi differenti ta’ siġar li ħadu magħhom minn Malta.

L-ambaxxatur ta’ Malta għat-Tuneżija, Mark Pace, qal li maż-żmien il-Maltin fit-Tunezija naqsu ħafna wara li ħafna minhom emigraw lejn Franza meta t-Tuneżija kisbet l-indipendenza.

“Illum il-komunità Maltija hija żgħira ħafna 100, 200 ruħ l-iktar. Tikkonsisti fi tliet gruppi ta’ nies, id-dixxendenti ta’ eluf ta’ Maltin – min jgħidlek 15, 20 u 25 elf li kienu emigraw lejn it-Tunezija bejn nofs is-seklu 18 u bidu tas-seklu 20. It-tieni grupp hu dak ta negozjanti li ilhom hawn mas-17-il sena u rnexxielhom ikomplu b’suċċess u t tielet grupp hu ta dawk li żżewġu Tuneżini u baqgħu jgħixu hawn,” qal l-Ambaxxatur Pace.

Ħafna mill-maltin fit-Tuneżija ltaqgħu fid-dar tal-ambaxxatur fil-Kapitali Tunis, fl-okkażjoni taż-żjara uffiċjali tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fost dawn kien hemm Carmen Ellul, anzjana li ilha tgħix fit-Tuneżija aktar minn 60 sena wara li l-familja tagħha emigrat mal-missier li mar jaħdem hemm.

Ta’ 79 sena, Sister Concetta Dimech ilha 40 sena fit-Tuneżija. Għalkemm ma tafx il-lingwa, tgħid li xorta tikkomunika mat-Tuneżini u qalet li jirrispettaw ħafna lill-Maltin. “Il-Maltin speċjalment dawk minn Tuneż, iqisuhom bħala aħwa għax twieldu hawnhekk. Jien ma nsib l-ebda differenza li jgħidulek int Maltija jew Franċiża. L-istess.”

Il-preżenza Maltija f’Tuneż toffri wkoll opportunità ta’ impieg għal Tuneżini. Fost dawn hemm fabbrika tal-kumpanija Bortex li timpjega mas-600 persuna.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar