Lokali
Iltaqa’ mas-sorijiet li ddedikaw ħajjithom għal dawk b’diżabbiltà

Is-sorijiet tal-Karità ta’ Santa Giovanna Antida Thouret ilhom ħamsin sena jagħtu servizz fid-Dar tal-Providenza bil-għan li l-persuni b’diżabilità jgħixu f’ambjent li jirrispetta d-dinjità tagħhom.

Bħalissa f’din id-dar fis-Siġġiewi hemm erba’ sorijiet tal-karità: Geswina Mangion, Bertha Bezzina, Bernarda Buhagiar, u Lorenza Borg, li jieħdu ħsieb tlieta mid-disa’ appartamenti fid-dar. Flimkien mal-carers, is-sorijiet tal-karità jieħdu ħsieb 24 mill-94 resident fid-Dar tal-Providenza.

Sr Lorenza Borg, li tmexxi l-komunità tas-sorijiet tal-karità fid-Dar tal-Providenza, qalet li l-kariżma tagħhom hi li jaħdmu mal-fqar u l-morda. “Dak kollu li għandhom bżonn. Nitimgħuhom, naħsluhom, mediċini jekk għandhom bżonn lit-tobba nċemplu lit-tabib biex jiġi jarahom,” qalet Sr Lorenza.

Sr Bernarda, li ilha fid-Dar tal-Providenza tmintax-il sena, fetħitilna l-bieb għal wieħed mill-appartamenti, fejn fil-parti l-kbira jgħixu tfal. Tistqarr li għalkemm fil-bidu l-esperjenza kienet iebsa ħafna għaliha, illum tħoss li rċeviet ħafna aktar milli tat. “Nibda nimmedita biex anke jien nħoss li xi ħaġa ma togħġobnix ngħid jiena dan irid nagħmlu ma Ġesù allura nagħmlu aktar bil-qalb il-ħsieb tiegħi jkun jiġifieri u hekk inħossni kuntenta ħafna,” qalet Sr Bernarda.

Sr Bertha Bezzina qalet li s-sorijiet tal-karità huma l-infermiera tad-Dar tal-Providenza. Wara snin ta’ ħidma fl-Ingilterra, il-Libja, l-isptar Monte Karmeli u għoxrin sena l-isptar San Luqa tistqarr li f’din id-dar sabet is-sodisfazzjon li ħasbet li se ssib band’ oħra. “L-imħabba tagħhom għax huma ma jafux li jiġu jagħnquk imma jafu jħobbu bil-mod tagħhom u dak kollu li huma huma,” qalet Sr Bertha.

Is-soru tal-karità li ilha l-aktar hawnhekk hija Sr Geswina Mangion. Ilha d-Dar tal-Providenza 38 sena. “Qed nirċievi minnhom għax tant għandhom kwalitajiet sbieħ. Tant għandhom doni sbieħ li meta tiskoprihom għandhom imħabba sinċerità li jien miniex kapaċi ngħix il-ħajja tagħhom.”

Is-sorijiet stqarrew li fost l-isbaħ esperjenzi fix-xogħol hemm meta jakkumpanjaw ir-residenti għal xi pellegrinaġġ f’Lourdes. Kollha jaqblu li se jibqgħu jgħożżu l-memorja meta flimkien mar-residenti ltaqgħu mal-Papa Franġisku fil-Vatikan, żjara li matulha l-Papa mhux biss sellmilhom, iżda waqaf jitkellem magħhom ukoll.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar