Turiżmu
Imbassar 15% tat-turisti li kellna s-sena li għaddiet għax-xahar ta’ Lulju

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti l-MHRA, Tony Zahra qal li f’Lulju huwa prevvist li jkollna ħmistax fil-mija tat-turisti li kellna s-sena li għaddiet, u li l-awtorità tat-turiżmu qed taħdem biex sal-aħħar tas-sena, jiġu f’Malta, seba’ mitt elf turist, li ħallew fl-ekonomija Maltija mal-mitejn miljun ewro. Is-Sur Zahra qal li minkejja li fil-bidu t-turiżmu se jkun kajman, fiduċjuż li bil-koperazzjoni ta’ kulħadd, is-suq turistiku jirpilja.

Waqt li l-lukandiera qed iħejju għall-ftuħ tal-ajruport u d-dħul tal-ewwel turisti wara l-pandemija, il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li s-settur għandu għatx kbir li jibda jara r-rota tiċċaqlaq. Stqarr li l-bidu se jkun kwiet, għaliex f’Lujlu huwa prevvist li jigu 15% biss tal-għadd tat-turisti li ġew f’dan ix-xahar is-sena li għaddiet.

“Spiċċajna zero, mhux inżilna b’ħamsa fil-mija, ġejna zero, għandna sitwazzjoni fejn minn xejn se naraw a return to normality, se tkun bil-mod il-mod.”

Is-Sur Zahra innota li s-sena li għaddiet meta ġew Malta żewġ miljun u seba mitt elf turist ħallew fl-ekonomija Maltija aktar minn elfejn miljun ewro.

Il-President tal-MHRA argumenta li mit-turist, ma jieklux biss il-lukandi u ristoranti, imma x-xufiera tat-taxis, il-karozzini, il-bdiewa u r-raħħala u eventwalment il-poplu Malti u Għawdxi. Sostna li l-ftuħ tal-ajruport wara huwa inevitabbli, għaliex mingħajr it-turiżmu, l-ekonomija Maltija tistaġna.

”It-turiżmu jaffettwa lil kulħadd allura wieħed irid jifhem l-importanza tal-ftuħ tal-ajruport, għax kulħadd jibbenfika mit-turisti.”

Is-Sur Żahra qal li l-Awtorità tat-Turiżmu qed taħdem flimkien mal-assoċjazzjoni u ma’ min hu involut fis-settur bil-mira li bejn Lulju u l-aħħar ta’ Diċembru jinġiebu f’Malta 700,000 turist. Mistoqsi bil-perikli li jerġa’ jiżdied il-mard bil-ftuħ tal-ajruport, is-Sur Zahra qal li jekk kulħadd isegwi l-miżuri ta’ mitigazzjoni, mhemm ebda lok għal tħassib.

Aħbarijiet Oħra

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta mentri ġiet imfejqa mill-virus persuni oħra. Każi attivi ta’ coronavirus fadal biss 12 hekk kif…

Politika

L-Avukat Ramona Attard, ex ġurnalista u uffiċjal fl-uffiċċju tal-Prim Ministru se tikkontesta għall-kariga ta’ President għall-Partit Laburista. In-nomini fetħu l-Ġimgħa filgħaxija u se jagħlqu l-Ħadd fil-11 a.m. Fuq il-midja soċjali, Attard…

Aktar