Temp
Imbassar aktar riħ qawwi – se nerġgħu nintlaqtu minn Grigalata oħra?

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ mill-Majjistral li ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Il-temp mistenni jibqa’ msaħħab b’xi ħalbiet tax-xita matul il-jum bil-qawwa tar-riħ mistennija tilħaq il-Forza 7.

L-inqas temperatura għal-lum mistennija tinżel għal 12-il grad celsius.

Skont il-paġna tat-temp Malta Weather, il-ġimgħa d-dieħla l-gżejjer Maltin jafu jerġgħu jintlaqtu minn Grigalata qawwija. Malta Weather qed tbassar li l-qawwa tar-riħ jaf tilħaq il-Forza 8 l-ġimgħa d-dieħla li jaf jerġa’ jġib miegħu ħsarat kbar.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar